Freedom of Information Application
In terms of article 23(1) of the Freedom of Information Act (Cap. 496 of the Laws of Malta), you may apply to the Commissioner for a decision notice whether, in any specified respect:
- a request for information made to a public authority has been dealt with in accordance with the requirements of the Act; or
- a public authority is in compliance with the requirements set out in Part III of the Act.
Before applying for a decision notice, you must exhaust the internal complaints procedure which is provided by the public authority.
Your complaint shall be lodged with our Office within sixty (60) days from the receipt of the public authority’s final decision.
The applicant and the public authority may appeal against the decision notice of the Commissioner before the Information and Data Protection Appeals Tribunal within twenty (20) working days from the date of service.
The decision notices will be published on our website and may be accessed through this link.
To submit your complaint, you are being guided to complete dedicated online form.
If you close the form before pressing ‘Submit Application’ button, no information will be retained, and your complaint will not be recorded in our internal system.
Fields marked with an asterisk (*) are mandatory.
Our Data Protection Policy can be viewed by accessing this link.
Last updated, 4th May 2023
Ai termini tal-artikolu 23(1) tal-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni (Kap. 496 tal-Liġijiet ta’ Malta), inti tista’ tapplika għand il-Kummissarju għall-avviż ta’ deċiżjoni dwar jekk, f’xi każ speċifiku:
- talba għall-informazzjoni magħmula mill-applikant lil awtorità pubblika kinitx ittrattata skont ir-rekwiżiti ta’ dan l-Att;
- jew awtorità pubblika hix konformi mar-rekwiżiti mniżżlin fit-Taqsima III tal-Att
Qabel ma tapplika għall-avviż ta’ deċiżjoni, inti għandek teżawrixxi l-proċedura interna għall-ilmenti li hija pprovduta mill-awtorità pubblika.
L-ilment tiegħek għandu jsir fi żmien sittin (60) ġurnata minn meta tirċievi l-aħħar deċiżjoni mingħand l-awtorità pubblika.
L-applikant u l-awtorità pubblika jistgħu jinterponu appell mill-avviż tad-deċiżjoni tal-Kummissarju quddiem it-Tribunal tal-Appelli dwar l-Informazzjoni u l-Protezzjoni tad-Data fi żmien għoxrin (20) ġurnata tax-xogħol mid-data ta’ notifika.
L-avviżi ta' deċiżjoni se jiġu ppubblikati fuq il-websajt tagħna, u jistgħu jiġu aċċessati permezz ta’ din il-link.
Sabiex tissottometti l-ilment tiegħek, inti qiegħed/qiegħda tintalab tuża din il- formola online.
Jekk għal xi raġuni jew oħra inti tagħlaq il-formola qabel ma tagħfas il-buttuna ‘Submit Application’, l-ebda informazzjoni ma tiġi miżmuma u l-ilment tiegħek mhux se jiġi rrekordjat fis-sistema interna tagħna.
Huwa obbligatorju li timla’ l-kaxxi li huma mmarkati b’asterisk (*).
Tista’ taċċessa d-Data Protection Policy tagħna billi tagħfas fuq din il-link.
Aġġornata l-aħħar, 4 ta’ Mejju 2023